Meta dan l-ahhar ic-Chairman ta’ l-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu ta x-xhieda tieghu fil-Qorti fuq il-kaz kontroversjali ta’ l-izvilupp fil-Mistra, sostna li din l-awtorita’ hija kkoncernata fuq il-htigijiet turistici u ftit jew xejn taghti konsiderazzjoni ghal htigijiet ambjentali.
Dak li qal ic-Chairman ta’ l-MTA fil-Qorti issorprenda u hasseb lil hafna nies u dan ghaliex illum il-htigijiet ambjentali u l-harsien tieghu jimxu spalla ma’ spalla ma’ kull aspett tal-politika ekonomika u socjali, f’kull pajjiz serju u responsabbli. Din l-istqarrija irrifletiet kemm il-Gvern Nazzjonalista ma jafx x’qed jaghmel!! Dan ghaliex minkejja l-ghadd ta’ dokumenti li l-Gvern Nazzjonalista ippublika fiz-zminijiet ricenti fejn rabat hidmietu mal-kuncett essenzjali ta’ zvilupp sostennibli, xorta wahda dan kollu qed jigi injorat. Fost dawn id-dokumenti insibu: L-Istrategija ghal Zvilupp Sostennibli ghal Malta 2006 – 2016 u l-Politika ghat-Turizmu ghal Malta 2007 – 2011. F’dawn iz-zewg dokumenti ewlenin insibu impenn car min-naha tal-Gvern li l-politika tieghu ghandha tkun wahda ibbazata fuq dan il-kuncett.
Kemm attwalment il-Gvern Nazzjonalista qieghed tassew iwettaq din l-istrategija, johrog mir-rapport ghas-sena 2008 li l-World Economic Forum ippublika f’Gunju li ghadda fejn ikklassifika 130 pajjiz madwar id-dinja a bazi ta’ 14-il aspett li jolqtu direttament l-industrija turistika. Fost l-aspetti li dawn il-pajjzi, inkluz Malta gew ikkategorizzati hemm l-ambjent. Ir-rizultat ta’ din il-klassifika li saret, il-pozizzjoni li fiha giet Malta hija inkwetanti hafna, meta mqabbla ma’ pajjizi kompetituri diretti taghna u wkoll ma’ dawk il-pajjizi, li ghalihom l-industrija turistika ghada xi haga pjuttost gdida.
Hemm pajjizi bhal Tunisia, Qatar, Oman, Ubekistan, Gambia, Kenya, Bahrain, Tajikistan, Senegal, Nigeria, Cambodia, Namibia u Vietnam biex inkun semmejt xi ftit, li jghadduna fil-klassifika f’aspetti differenti ta’ l-ambjent u l-harsien tieghu. L-indikaturi li johrog minn dan ir-rapport jirriflettu bil-kbir fuq l-istrategija, il-politika u l-hidma tal-Gvern. Huwa ghalhekk li jidher li dak li qal ic-Chairman ta’ l-MTA fil-Qorti mhux xejn hlief dak li qed johrog minn indikaturi internazzjonali fuq l-industrija turistika fuq 130 destinazzjoni ewlenija.
Huwa ghalhekk ukoll li dak li qed jghidu esponenti tal-Gvern dwar kemm il-Gvern Nazzjonalista qed jiehu bis-serjeta’ l-industrija turistika, mhux qed ikun emmnut. Hemm differenza kbira bejn il-kliem u l-fatti.
Bl-istess mod tista’ titqies il-klassifika li inghatat lil Malta rigward il-kompetittivita’ taghha bhala destinazzjoni turistika. Minn fost 130 pajjiz Malta hija kklassifikata fil-mitt post dwar kemm per ezempju turist jiehu l-valur ta’ flusu meta jaghzel lil Malta ghal vaganza tieghu. Bl-istess mod hija kklassifikata Malta dwar il-prezzijiet li turist ihallas biex jghix f’Malta ghal ftit jiem. Nemmen li l-Gvern huwa konxju ta’ dan kollu, jista’ anke hawn jidher li ma jafx x’qed jaghmel, ghaliex kieku kif ihalli l-Kumpanija Nazzjonali ta’ l-Ajru, l-AirMalta zzied ic-charges taghha, meta l-AirMalta hija komponent ewlieni ghas-success ta’ din l-industrija tant ekonomikament u socjalment importanti ghal pajjizna.
Il-Gvern Nazzjonalista, wara ghoxrin sena jmexxi lil pajjizna, jidher li ghadu nieqes bil-kbir minn strategija, politika u pjan ta’ hidma nazzjonali effettivi li jassiguraw l-izvilupp u t-tishih ta’ l-industrija turistika, li mhux biss tigbor fiha, tant u tant investituri Maltin u barranin, izda wkoll eluf ta’ familja jghixu direttament jew indirettament mis-success taghha.
Din l-industrija hija wahda mill-pedamenti ekonomici taghna li sfortunatament hija volatili hafna ghax tigi effettwata minn ghadd ta’ cirkostanzi li hafna drabi lanqas ikollna kontroll fuqhom. Huwa ghalhekk imbaghad huwa mportanti li l-Gvern Nazzjonalista, jkun mohhu hem mil-hin kollu, halli ma jsir xejn f’pajjizna, fejn ghandna u jista’ jkollna l-kontroll, li teffettwa negattivament din l-industrija.
Il-Gvern Nazzjonalista jinhtieg ikun jaf x’qed jaghmel!!