George Abela, iben George u Ludgarda nee’ Debono. Twieled Hal Qormi fit-22 ta’ April 1948.
Huwa attenda l-iskola primarja ta’ Hal-Qormi u wara l-Liceo, il-Hamrun. Fl-1965, dahal l-Universita’ ta’ Malta minn fejn iggradwa b’Baccellerat fl-Arti. Huwa kompla l-istudji tieghu, sar Nutar u fl-1975 iggradwa bhala Avukat.
Fl-istess sena huwa nhatar konsulent legali tal-General Workers’ Union. Matul il-hamsa u ghoxrin sena li dam f’din il-kariga, George Abela hadem sabiex ikunu ssalvagwardjati u mtejjba d-drittijiet tal-haddiema.
Fl-1982 huwa nhatar President tal-Malta Football Associationu dan jokkupa din il-kariga ghal ghaxar snin. Matul dan il-perjodu l-MFA ghaddiet minn bidliet kbar : ghall-ewwel darba l-players tat-tim Nazzjonali Malti bdew jittrenjaw fuq bazi professjonali. Matul il-Presidenza tieghu sar ukoll investiment qawwi fl-infrastruttura fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, fosthom billi infetah gymnasium u klinika ta’ fizjoterapija, saret installazzjoni ta’ sistema ta’ dawl artificjali fil-grawnd u inbnew grawnds ghat-trejning.
Fl-1992 George Abela halla din il-kariga u fl-istess sena nhatar Deputat Mexxej tal-Partit Laburista responsabbli ghall-Affarijiet tal-Partit. Huwa hadem bis-shih sabiex fl-1996 il-Partit Laburista rebah l-Elezzjoni Generali. George Abela kien inhatar bhala l-Konsulent Legali tal-Prim’Ministru Dr. Alfred Sant u kien jattendi l-laqghat tal-Kabinett tal-Ministri.
F’dawn l-ahhar snin George Abela kien gie avvicinat minn erba’ Unions, dawk tal-Piloti, ta’ l-Inginiera, tal-Cabin Crew u l-General Workers’ Union, biex huwa jikkoordina d-difizi ta’ l-impjiegi tal-kategoriji differenti tal-haddiema fi hdan l-AirMalta. George Abela kien ukoll ghen lill-haddiema tax-Xatt biex iharsu d-drittijiet taghhom fir-riforma li sehhet.
George Abela huwa mizzewweg lil Margaret nee’ Cauchi, u ghandhom zewg ulied, Robert u Maria.
Minn qalbi nawguralek kull success ghal-leadership tal-partit. Hadt gost hafna li sirt nafek u kelli l-opportunita li nisma l-vizjoni tieghek. Keep it up!
gorg, min qalbi nifrahlek u fraht ukoll li sibtni bhala habib fuq dis-site. naqbel ma hafna mid-diskors li ghamilt dan l-ahhar li jien ili nizhaq fuqu s-snin. tidher certu bruda fil-partit li rridu neliminawha mill-aktar fis u NINGHAQDU haga wahda isir min isir leader. ma jistax ikun li nhallu gvern li kien ga arroganti jkompli jmexxi. qeghdin nghixu f'dittatura legali nsejhilha jien u rridu nkunu ahna lkoll f'daqqa biex naghtu hajja gdida lil malta taghna, u llum qabel ghada.....siehbek il-habel
George nawguralek at telliqa li andek bix tikkonsolida postok bhala mexxej tal mlp ax inti lunika bniedem (flopinjoni tijej) li tista twassal al rebha laburisti fl elezjoni li jmiss... AWGURI GEORGE :)